Aġġornata: Ma jweġġgħux gravi t-tifla u l-bqija li kellhom inċident tat-traffiku

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' Newsbook.com.mt li t-tliet persuni, fosthom tifla ta' ħames snin, li weġġgħu f'Inċident tat-traffiku fil-Mosta ma ġarrbux ġrieħi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq il-Missjunarji Maltin.
Fil-ħabta kienu involuti tliet vetturi: trakk misjuq minn raġel ta' 58 mill-Għargħur, karozza misjuqa minn raġel ta' 34 sena mill-Mosta, u karozza misjuqa minn Ingliż residenti l-Qawra.
Kien dan ir-raġel mill-Mosta, li flimkien mal-passiġġieri fil-karozza: Ingliża residenti l-Qawra u tifla ta' ħames snin ittieħdu l-Isptar Mater Dei. 
Ir-raġel sofra biss xi ġrieħi ħfief, u l-bqija xejn.
It-triq kienet magħluqa għal xi ħin.