Ħabta fil-mini ta’ Santa Venera

Ħabta bejn żewġ karozzi ħolqot traffiku lejn il-mini ta’ Santa Venera.
Persuni fuq il-post qalu ma’ Newsbook.com.mt li l-ħabta seħħet fl-3.45pm u li l-karozzi kienu misjuqa minn żewġt irġiel.
Il-kundizzjoni u l-identità tagħhom għadha mhux magħrufa.
Ritratt: Leon Xuereb