Ħabta fil-Mellieħa; jinġema’ t-traffiku

Ħabta fil-Mellieħa dalgħodu wasslet sabiex jinġema’ traffiku fiż-żona.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt fejn spjega li fis-6.10am, mara ta’ 27 sena mill-Mellieħa tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u daħlet ġo ħajt fi Triq Louis Wettinger. Il-kelliem spjega li ma kien hemm l-ebda vettura oħra involuta fl-inċident.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofriet minn ġrieħi ħfief.