Ħabta fil-Marsa; żewġ persuni l-isptar

CMRU

Għall-ħabta ta’ 12pm fi Triq Aldo Moro, il-Marsa seħħ inċident bejn żewġ vetturi.

Skont kelliem għall-Pulizija, l-impatt seħħ bejn raġe ta’ 42 mis-Sirja residenti l-Fgura u raġel ta’ 18-il sena residenti Wied il-Għajn.

Iż-żewġ persuni marru l-Isptar Mater Dei u l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.