Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi fil-Marsa

CMRU

Żagħżugħ ta’ 23 sena weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur fi Triq Ħal Qormi fil-Marsa.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9 am. L-inċident seħħ viċin il-Park and Ride tal-Marsa.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li għal xi raġuni, iż-żagħżugħ residenti l-Mosta tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. Hu ttieħed l-isptar Mater Dei.