Ħabta fil-Kalkara; sewwieq ta’ mutur gravi

Aġġornat 07:08 AM

Raġel ta’ 36 sena mill-Bulgarija residenti l-Imsida ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Missjoni Taljana, il-Kalkara.

Kelliem għall-Pulizija qal li r-raġel kien qed isuq mutur meta għal xi raġuni seħħ l-inċident mal-karozza. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 29 sena mill-Kalkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm.

Ir-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi.