Read in English.
Tifel ta’ 12-il sena weġġa’ gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi fil-Ħamrun.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fl-10.10am fi Triq San Ġużepp.
Il-Pulizija spjegaw li l-inċident seħħ bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Birkirkara u karozza oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena li joqgħod Ħal Qormi.
Fil-karozza mas-sewwieq ta’ 21 sena, kien hemm ukoll żewġ passiġġieri, mara u tifel ta’ 12-il sena, residenti Ħaż-Żebbuġ. Iż-żewġ sewwieqa u l-mara ma sofrew l-ebda ġrieħi.