Ħabta fil-Gżira; Sewwieq ta’ mutur l-isptar

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza fil-Gżira.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.20 pm fi Triq il-Kubrit. Is-sewwieq tal-mutur għandu 28 sena u joqgħod il-Gżira. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 68 sena minn Tas-Sliema. Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa. Ir-raġel l-ieħor ma weġġax.