Ħabta fil-Fgura; iweġġgħu 2 gwardjani

Ammont kbir ta’ traffiku nġema' fil-Fgura, fi Triq Ħaż-Żabbar wara inċident tat-traffiku li seħħ fid-9:30am.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm ħabta bejn karozza u mutur, li fuqu kien hemm żewġ gwardjani lokali. 
Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei b'ambulanza fejn irriżulta li ġarrbu ġrieħi ħfief. 
Ritratt: MRTU