Aġġornata: Ħabta fil-bypass ta’ Birkirkara; 2 midruba

Dalgħodu seħħet ħabta bejn erba’ karozzi fil-bypass ta’ Birkirkara.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-inċident seħħ fit-7.50am fi Triq Dun Karm. Il-karozzi kienu misjuqa minn persuna ta’ 28 sena minn Ħal Lija, persuna ta’ 46 sena mill-Imtarfa, persuna ta’ 26 minn Ħal Balzan u persuna ta’ 48 sena minn Wied il-Għajn.

Il-persuni ta’ 26 sena u ta’ 48 sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-persuna ta’ 26 ma sofriet l-ebda ġrieħi, filwaqt li ta’ 48 sena sofriet minn ġrieħi ħfief.