Ħabta fil-Bypass ta’ Birkirkara; tnejn l-isptar

Żewġ persuni weġġgħu f'inċident bejn mutur u tliet karozzi fil-Bypass ta' Birkirkara.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt, li l-inċident seħħ ftit qabel is-2pm. 
Il-mutur kien misjuq minn Ingliż ta' 54 sena mir-Rabat, li ttieħed l-Isptar Mater Dei. 
Il-karozzi kienu misjuqa minn mara ta' 52 sena min-Naxxar, żagħżugħ ta' 18-il sena minn Birkirkara u mara ta' 30 sena mill-Belt Valletta. Din tal-aħħar ukoll ittieħdet l-isptar. 
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.