Ħabta fi Vjal il-Labour; 2 l-isptar

Xufier u passiġġier kienu involuti f’inċident hekk kif il-karozza tagħhom daħlet f’karozza oħra li kienet ipparkjata fi Vjal il-Labour, fin-Naxxar. Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00am.

Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi li ħadu lir-raġel ta’ 39 sena u lit-tfajla ta’ 20 sena lejn l-Isptar Mater Dei. It-tfajla, skont kelliema għall-Pulizija, ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li r-raġel qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Fuq il-post marru wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittmi.