Ħabta fi Triq Aldo Moro; persuna mal-art

Miguela Xuereb

Dalgħodu seħħet ħabta fi Triq Aldo Moro fil-Marsa fejn jidher li kien hemm persuna mal-art.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ fil-10.20am. Jidher li l-ħabta seħħet bejn żewġ karozzi u wieħed mill-persuni abbord il-karozzi spiċċa mal-art.

Il-kelliema qalet li l-persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei.