Ħabta f’Ħal Luqa; mara l-isptar

Aġġornat 06:49 PM
Ġlieda Marsa persuna sptar mater dei ambulanza

Mara ta’ 29 sena mill-Imqabba ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li kienet involuta f’ħabta ma’ vann.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.15pm fi Triq l-Avjazzjoni Ħal Luqa.

Il-vann kien misjuq minn raġel Taljan ta’ 29 sena residenti Santa Venera.

Membri tal-familja kkonfermaw ma’ Newsbook.com.mt li l-mara qalbet għall-aħjar minkejja li għadha muġugħa u xxukjata.