Ħabta f’Ħal Luqa; 2 l-isptar

CMRU

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 pm fi Triq Ħal-Qormi. L-inċident seħħ bejn żewġ karozzi – waħda misjuqa minn raġel ta’ 36 sena miż-Żejtun u oħra misjuqa minn raġel ta’ 33 minn Birżebbuġa. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.