Raġel ta’ 69 sena minn Ħal Lija weġġa’ gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq il-Mosta, meta seħħet il-ħabta bejn żewġ BMWs misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena minn Birkirkara u l-oħra tar-raġel li weġġa’.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.