Ħabta f’Ħal Kirkop; raġel jittieħed l-isptar

Raġel ta’ 56 sena miż-Żurrieq ittieħed l-isptar wara li kien involut f’inċident f’Ħal Kirkop. Skont kelliem għal Pulizija, l-inċident seħħ fi Triq l-Industrija għall-ħabta tat-8.15am.

Ir-raġel ta’ 56 sena kien fuq il-mutur meta għal xi raġuni kellu impatt ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 60 sena li hu wkoll miż-Żurrieq.

Skont il-kelliem għall-Pulizija, r-raġel ttieħed l-isptar u l-qagħda tiegħu għadha pendenti.