Ħabta f’Ħal Balzan; żewġ persuni l-isptar

Malta Police Force

Għall-ħabta tal-5.45pm fi Triq l-Imdina, Ħal Balzan seħħet ħabta bejn żewġ karozzi.

F’dan l-inċident kien hemm involuti Filippin ta’ 40 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u tfajla ta’ 13-il sena li kienet miegħu fil-karozza. L-impatt seħħ ma’ karozza oħra li kienet misjuqa minn raġel ta’ 37 sena minn Ħaż-Żebbuġ ukoll.

Ir-raġel ta’ 37 sena u t-tfajla ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. It-tnejn li huma ndarbu ħafif.