Ħabta f’Ħad-Dingli; mara l-isptar

Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’ħabta f’Ħad-Dingli.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm fi Triq ir-Rabat.

Il-ħabta seħħet bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti s-Swieqi. Miegħu kellu passiġġiera ta’ 45 sena mis-Swieqi wkoll.

Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena minn Ħad-Dingli. It-tfajla ingħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post. Hi weġġgħet ħafif.