Ħabta f’Għawdex: Raġel fil-periklu tal-mewt

Miguela Xuereb

Raġel ta’ 33 sena mill-Munxar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Qala.

Kien għall-ħabta tal-4.15am, meta r-raġel, li kien qed isuq fi Triq l-Imġarr, tilef il-kontroll tal-vettura, li spiċċat fuq in-naħa l-oħra tat-triq u daħlet f’ħajt.

Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.