Read in English.
Sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu meta kien involut f’ħabta f’Għajnsielem. L-inċident bejn il-mutur u karozza seħħ fi Triq il-Qala għall-ħabta tas-7.30pm.
Is-sewwieq tal-mutur, Taljan ta’ 43 sena tilef ħajtu ftit ħin wara li ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Il-mara li kienet qed issuq il-karozza għandha 30 sena u tgħix in-Nadur. Hija wkoll kellha tittieħed l-isptar, u wara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.