Ħabta f’Għajnsielem; 3 persuni l-isptar

Aġġornata: 28.04.2018 13:45
Raġel mix-Xagħra sofri ġrieħi serji meta kien passiġġier f’karozza li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ ftit wara t-8am bejn vettura misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti x-Xagħra u karozza ipparkjata. Flimkien mal-mara, kien hemm żewġt irġiel – wieħed ta’ 34 sena mix-Xagħra stess u raġel ta’ 37 sena residenti ż-Żurrieq.
Iż-żewġ passiġġieri spiċċaw l-isptar, b’dak tax-Xagħra jsofri ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel l-ieħor miż-Żurrieq kien qed ibati minn ġrieħi ħfief. Il-mara qed issofri minn ġrieħi ħfief.
Ritratt: Josef Cutajar