Ħabta fatali Mġarr: Il-bużnanna toħroġ mill-ITU

Facebook

Lucy, il-bużnanna li kienet involuti fl-inċident tat-traffiku li seħħ fl-14 ta’ April li għadda fl-Imġarr ħarġet mit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

F’post fuq Facebook, in-neputija tagħha kitbet li minkejja li Lucy għadha l-isptar, hija ħarġet mit-Taqsima tal-Kura Intensiva u qed tirkupra tajjeb. Hija rringrazzjat lill-infermiera u l-istaff tal-isptar għad-dedikazzjoni f’xogħolhom.

Facebook

Lucy li tiġi l-bużnanna ta’ Eli, it-tifel li wkoll salva f’din it-traġedja hija omm Graziella u n-nanna ta’ Fallon iż-żewġ vittmi li tilfu ħajjithom f’dan l-inċident.

Ara: Graziella u Fallon Mallia – iż-żewġ nisa li tilfu ħajjithom fl-Imġarr

Ara: Jagħtihom ikla b’xejn b’rispett ta’ Graziella u Fallon