Aġġornata: Ħabta bejn 3 karozzi f’Aldo Moro

Read in English.

Ħadd ma weġġa’ f’ħabta bejn tliet karozzi fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.

Il-vetturi involuti kienu misjuqa minn raġel ta’ 39 sena mill-Mosta, raġel ta’ 49 sena mill-Imsida u Taljan ta’ 43 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Passiġġiera f’waħda mill-karozzi kien hemm mara ta’ 59 sena mill-Imsida.  Wieħed mis-sewwieqa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza iżda telaq ftit wara.

Għal xi ħin, żewġ karreġġjati fid-direzzjoni ta’ Raħal Ġdid kienu magħluqa għat-traffiku.