Aġġornata: Ma ġralha xejn il-mara li lbieraħ inqabdet f’karozza Ħaż-Żebbuġ

Ma ġralha xejn il-mara li lbieraħ inqabdet f'karozza f'Ħaż-Żebbuġ wara li kienet involuta f'inċident tat-traffiku.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-mara ta' 45 sena miż-Żurrieq irrifjutat li tittieħed Mater Dei bl-ambulanza
Il-ħabta seħħet bejn żewġ karozzi viċin il-Peridot Hall ftit qabel is-1pm.
Fuq il-post issejħu l-Protezzjoni Ċivili li għenu biex tinħareġ il-mara mill-vettura.