Filmat: Gravi ż-żagħżugħ li ħabat bil-mutur f’Burmarrad

Sewwieq ta’ mutur li għandu 19-il sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat ma’ karozza f’Burmarrad.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq Għajn Rihana.
Is-sewwieq tal-mutur joqgħod il-Mosta, filwaqt li s-sewwieq tal-karozza huwa żagħżugħ ta’ 20 sena residenti l-Imġarr.
Is-sewwieq tal-karozza ma weġġax.
Skont l-MRTU hemm ħafna traffiku f’dik iż-żona minħabba l-inċident.
Sorsi li tkellmu ma' Newsbook.com.mt qalu li s-sewwieq tal-karozza għamel U-turn li kkawża l-inċident.
Ritratt: Joseph John Galea