Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur gravi wara inċident Birkirkara

Is-sewwieq ta’ mutur li lbieraħ weġġa’ f’’inċident tat-traffiku fil-Bypass ta’ Birkirkara ġarrab ġrieħi gravi.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30pm bejn mutur u żewġ karozzi fi Triq Dun Karm, fid-direzzjoni tal-Mosta.
Kawża ta' dan għal xi ħin ingħalqet it-triq u li kkawżat ammont kbir ta' traffiku fiż-żona.
Ir-raġel, li għandu 48 sena huwa minn Birkirkara.
Min-naħa l-oħra ix-xufiera tal-karozzi, raġel ta' 74 sena minn Birkirkara u raġel ta' 24 sena minn Franza ma sofrewx ġrieħi.