Ħabta b’mutur; raġel gravi

aċċident mutur San Ġiljan

F’inċident li ġara waranofsinhar fil-Fgura, sewwieq ta’ mutur indarab gravi.

L-inċident ġara fi Triq San Tumas fis-2pm.

Il-ħabta kienet bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 41 sena li joqgħod Ħal Tarxien u karozza misjuqa minn Somalu ta’ 31 sena li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex.

Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.