Aġġornata: Raġel gravi wara ħabta b’mutur fi Triq l-Imġarr

Christoph Schwaiger

Taljan weġġa’ gravi fit-tielet inċident f’erbat ijiem fi Triq L-Imġarr f’Għajnsielem.

It-Taljan li kien qed isuq mutur ħabat ma’ karrozza misjuqa minn mara ta’ 67 sena minn Għajnsielem stess.

Tnejn l-isptar wara ħabta fi Triq l-Imġarr

Propju s-Sibt li għadda żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li kienu involtu f’inċident tat-traffiku fl-istess triq. Iż-żewġ persuni ġarrbu ġrieħi ħfief.

Ċifri dwar inċidenti rreġistrati mal-Pulizija ppubblikati fil-Parlament, juru li f’10 snin, Triq l-Imġarr f’Għajnsielem rat mas-86 inċident tat-traffiku.