Ħabta b’mutur fi Triq l-Imġarr; żagħżugħ gravi

Żagħżugħ ittieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur fix-Xewkija.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fis-2:20pm fi Triq l-Imġarr meta karozza misjuqa minn raġel Ingliż ta’ 55 sena minn Għajnsielem ħabtet ma’ mutur misjuq minn żagħżugħ ta’ 19-il sena miż-Żebbuġ.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.