Raġel weġġa’ gravi wara inċident bil-mutur.
Raġel ta’ 68 sena li joqgħod tas-Sliema kellu impatt ma’ karozza fi Triq Blanche Huber. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel Taljan ta’ 33 sena li joqgħod Ħ’Attard.
Hu ttieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.