Ħabta bil-mutur f’San Pawl il-Baħar; iweġġa’ gravi

Ian Noel Pace

Raġel weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta bil-mutur f’San Pawl il-Baħar.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq il-Mosta fid-9am.

Il-mutur kien misjuq minn Taljan ta’ 58 sena, filwaqt li l-karozza kienet misjuqa minn tfajla ta’ 22 sena residenti San Ġwann.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.