Ħabta bil-mutur; f’qagħda gravi

Raġel ta’ 56 sena minn Santa Venera qiegħed isofri minn ġrieħ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Belt Valletta. Ir-raġel li kien qed isuq mutur kien involut f’inċident ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 44 sena mir-Renju Unit residenti Raħal Ġdid.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq ix-Xatt il-Barriera. Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar Mater Dei.

Il-Pulizija tad-Distrett qed tħejji rapport dwar dan l-inċident.