Aġġornata: Jiskidja mutur f’Ħal Qormi; żagħżugħ l-isptar

Żagħżugħ ta’ 18-il sena weġġa’ ħafif wara li l-mutur li kien passiġġier fuqu tilef il-kontroll u waqa’ f’Ħal Qormi.

Dan ġie kkonfermata ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-ħabta seħħet fis-7.15am viċin ir-roundabout ta’ Joinwell. Il-mutur kien misjuq minn raġel ta’ 23 sena miż-Żejtun. Il-passiġġier residenti Santa Venera ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.