Ħabta bejn żewġ vannijiet f’Tal-Pietà

Dalgħodu fis-6.10am seħħet ħabta bejn żewġ vannijiet fit-Triq Clarence kantuniera mat-Triq il-Qrejten f’Tal-Pietà.

Vann minnhom kien misjuq minn raġel ta’ 33 sena mill-Bangladesh li sofra ġrieħi ħfief filwaqt li l-passiġġier li kien hemm miegħu sofra ġrieħi gravi. Dan tal-aħħar kellu jinħareġ mill-vann bl-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħed l-Isptar Mater Dei.

Is-sewwieq tal-vann l-ieħor involut fl-inċident huwa mill-Fgura u għandu 36 sena. Huwa ma sofra mill-ebda ġrieħi.