Raġel fil-periklu tal-mewt; ħabta bejn żewġ trakkijiet fil-Magħtab

Aġġornat 01:26 PM

Read in English.

Raġel ta’ 33 sena minn Ħaż-Żabbar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ trakkijiet fil-Magħtab.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fil-kumpless tal-Wasteserv, b’wieħed mit-trakkijiet jispiċċa madwar sular taħt il-livell tat-triq bix-xufier jinqabad fil-kabina. Ix-xufier tat-trakk l-ieħor ukoll inqabad fit-trakk li ġarrab ħsarat estensivi.

Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bdew il-ħidma ta’ salvataġġ. Tim mediku ssejjaħ immedjatament fuq il-post u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’żewġ ambulanzi.

Ix-xufier l-ieħor, raġel ta’ 53 sena min-Naxxar indarab ħafif.

L-inkjesta Maġisterjali qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke.