Ħabta bejn żewġ muturi f’Wied il-Għajn

Żewġ muturi kienu involuti f’ħabta f’Wied il-Għajn.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għat-3.30pm. Ma kellux aktar dettalji dwar l-inċident sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.

Wieħed mill-muturi kien qed jinstaq minn persuna ta’ 23 sena li weġġgħet ħafif. Il-kundizzjoni tal-persuna l-oħra għadha mhix magħrufa.