Ħabta bejn żewġ karozzi tal-linja u żewġ karozzi fix-Xemxija

Żewġ karozzi tal-linja, vann u karozza kienu involuti f’inċident tat-traffiku fix-Xemxija llum waranofsinhar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm fi Triq il-Mistra.
Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 43 sena mill-Mosta, li ġarrbet ġrieħi ħfief.
Tal-linja kienu misjuqa minn Taljan ta’ 46 sena u Pollakk ta’ 35 sena, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar.
Il-vann kien misjuq minn Sirjan ta’ 25 sena minn San Pawl il-Baħar ukoll.
Ritratt: MRTU