Ħabta bejn żewġ karozzi; infirex xi żejt

Għall-ħabta tat-3pm seħħet ħabta bejn żewġ karozzi fil-By Pass ta’ Birkikara direzzjoni lejn il-Belt.

Kelliem għall-Pulizija qal li għadu mhux magħruf jekk xi ħadd minn dawk involuti ittiħidx l-Isptar Mater Dei.

Fuq il-post issejħu Membri tal-Protezzjoni Ċivili minħabba li nfirex xi żejt.