Ħabta bejn żewġ karozzi fl-Imsida

Tliet persuni kienu involuti f’inċident tat-traffiku fl-Imsida.
L-inċident seħħ fis-2.30pm fi Triq ix-Xatt bejn żewġ karozzi.
Minkejja li rapporti qed jgħidu li t-tliet persuni ġarbu ġrieħi gravi, kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.