Ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq l-Imrieħel

Ilbieraħ ftit qabel id-9pm ta’ filgħaxija żewġ karozzi ħabtu iżda ħadd ma weġġa’ serjament. L-inċident seħħ fi Triq l-Imrieħel f’Birkirkara.

Jidher li karozza misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Santa Venera kellu impatt ma’ karozza oħra misjuuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti Santa Venera.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li r-raġel minn Santa Venera ttieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa iżda ħadd ma ttieħed l-isptar.