Ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħaż-Żabbar

Seħħ inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi fi Triq Villabate, f’Ħaż-Żabbar, aktar kmieni llum. Skont stqarrija tal-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:00pm.

Is-sewwieq ta’ 41 sena li joqgħod Marsaskala, ittieħed l-isptar biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Is-sewwieq t’40 sena minn San Pawl il-Baħar, u  li kien qed isuq il-vettura l-oħra, ma weġġax.