Filmat: Ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Qormi, waħda tieħu n-nar

Ħadd ma weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Ħal Qormi, u li wassal biex waħda mill-karozzi ħadet in-nar.
Il-ħabta, bumper to bumper, seħħet ftit qabel il-11am ftit qabel il-bypass tal-Imrieħel.
Mal-ħabta, waħda mill-karozzi ħadet in-nar u nqerdet għal kollox.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex jitfu n-nirien.
Għal xi ħin it-triq kienet magħluqa għat-traffiku.
Ritratt: Joseph Tonna fuq Facebook
Filmat: Pixwix Dom fuq il-paġna Malta Diżastru Totali