Aġġornata: Raġel gravi wara ħabta bejn żewġ dgħajjes viċin Kemmuna

Matul il-lejl li għadda seħħet ħabta bejn żewġ dgħajjes fil-fliegu bejn Kemmuna u l-port tal-Imġarr, Għawdex.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija. Aktar tard fi stqarrija ġie spjegat li l-impatt seħħ bejn dgħajsa misjuqa minn raġel ta’ 27 sena mill-Maċedonja u li jgħix iż-Żebbuġ u dgħajsa misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti n-Naxxar. Miegħu kien hemm mara ta’ 35 sena residenti n-Naxxar ukoll.

Ir-raġel ta’ 27 sena ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Aktar tard huwa ġie iċċeritifkat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Iż-żewġ persuni l-oħra ma sofrew l-ebda ġrieħi.