Ħabta bejn żewġ bastimenti; membri tal-ekwipaġġ mitlufa

Seba’ membri tal-ekwipaġġ tal-Forzi Navali tal-Istati Uniti għadhom mitlufa wara li l-bastiment li kienu fuqu ħabat ma’ bastiment tal-merkanzija ftit ’il barra mill-kosta Ġappuniża.
Fost dawk midruba kemm il-kmandant militari li kellu jittieħed l-isptar b’ħelikopter.
Il-bastiment militari tat-tip destroyer ħabat ma’ dak tal-merkanzija madwar 104 kilometru mil-Lbiċ tal-belt ta’ Yokosuka.
Ritratti mill-ajru juru ħsarat estensivi fuq il-ġenb tad-destroyer.
Rekords tat-traffiku tal-baħar jindikaw li l-bastiment tal-merkanzija bl-isem ACX Crystal bidel id-direzzjoni  mingħajr għarfien u li dan wassal biex ikkaġuna l-impatt.