Ritratti: Ħabta bejn trakk u żewġ karozzi f’Ħ’Attard

Ħadd ma weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Ħ'Attard aktar kmieni llum wara nofsinhar.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li xi persuna tista’ tiddaħħal l-isptar Mater Dei għall-kura minħabba xokk li sofriet f’inċident tat-traffiku li kien jinvolvi trakk u żewġ karozzi.
L-inċident seħħ qrib iċ-ċimiterju ta’ Ħ'Attard fi Triq l-Imdina.
Jirriżulta li karreġjata minnhom li tagħti għall-bypass tal-Imrieħel ingħalqet għat-traffiku.

Ritratti: Maltese Roads Traffic Updates