Ħabta bejn trakk u vann; raġel l-isptar

Raġel ta’ 61 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta bejn trakk tal-ġebel u vann fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm. L-inċident seħħ bejn raġel ta’ 61 sena residenti Ħaż-Żebbuġ li kien qed isuq vann u raġel ta’ 30 sena residenti l-Fgura li kien qed isuq it-trakk. Ir-raġel ta’ 30 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.