Anzjan fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’San Pawl il-Baħar

Aġġornat 06:11 PM

Anzjan qed jissielet għal ħajtu wara ħabta bejn karozza u double-decker li seħħet dalgħodu f’San Pawl il-Baħar.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-każ seħħ fi Triq Għajn Tuffieħa fil-11.15am. Il-Pulizija marru fuq il-post fejn sabu li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn mara ta’ 27 sena resident Tal-Pietà. Magħha kien hemm passiġġiera ta’ 62 sena u raġel ta’ 70 sena, it-tnejn residenti l-Mellieħa. Il-double-decker kienet misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Ħamrun.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, kif ukoll ambulanza li ħadet lill-persuni li kienu fil-karozza misjuqa mill-mara ta’ 27 sena l-Isptar Mater Dei. Ir-raġel sofra minn ġrieħi serji, is-sewwieqa tal-karozza sofriet minn ġieħi gravi, filwaqt li l-passiġġiera l-oħra sofriet ġrieħi ħfief.

Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

Filmat u ritratti: Christoph Schwaiger