Ħabta bejn trakk u tal-linja fiċ-Ċina tħalli 38 mejta

Tal-inqas 38 persuna tilfu ħajjithom u ħamsa oħra ndarbu, meta trakk li kien qed iġorr likwidu fjammabbli ħabat ma’ karozza tal-linja fin-nofsinhar taċ-Ċina. It-trakk baqa’ dieħel fuq wara tal-linja kmieni dalgħodu.
Dan l-inċident ikkawża nirien u splużjoni kbira.Il-membri tat-tifi tan-nar damu madwar ħames sigħat biex jitfu n-nirien. B’kollox kienu involuti ħames vetturi.  
Rapporti qed jgħidu li l-inċidenti li kull ma jmur qed ikomplu jiżdiedu, qed joħolqu rabja kbira fil-pajjiż minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni fit-toroq u nuqqas ta’ sigurtà fit-trasport.