Ħabta bejn trakk u mutur fil-Fgura; mara gravi

aċċident mutur San Ġiljan

Mara li kienet passiġġiera fuq mutur weġġgħet gravi wara ħabta ma’ trakk fil-Fgura.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-ħabta seħħet fis-6.10am fi Triq Ħaż-Żabbar. It-trakk kienq ed jinstaq minn raġel ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar. Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 60 sena mill-Fgura. Passiġġiera miegħu kien hemm mara ta’ 55 sena mill-Fgura wkoll.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.